Bejn Il-Biża’ U L-Uġigħ: Il-Kelb Ta’ Christa Għadu Ma Nstabx Wara Li Ħarab

“Għandi bżonn lil xi ħadd jaqdini bi drone...” — din hija t-talba ddisprata ta’ Christa Cilia, li bħalissa tinsab imħassba ħafna dwar il-kelb tagħha wara li ġie attakkat minn kelb ieħor.

Christa qalet, li wara l-attakk, il-kelb tagħha, bejn il-biża’ u l-uġigħ, ħarab u minn dakinhar baqa’ jistaħba x’imkien fiż-żona ta’ Fuq Għar Lapsi. Minkejja li ilhom ifittxuh bla waqfien minn wara nofsinhar tal-bieraħ, s’issa għadhom ma rnexxilhomx isibuh.

L-aktar ħaġa li qed tinkwieta lil Christa hija l-ħsieb li l-kelb jista’ jkun qed ibati u, minħabba l-biża’, ma jridx joħroġ mill-ħabi tiegħu.

“L-inkwiet tiegħi li naf li huwa muġugħ u ma nistax ngħinu,” kitbet Christa, f’appell li juri kemm hi ddisprata biex issibu u terġa’ tieħu l-ħabib tagħha d-dar. Għalhekk, qed tappella lil kull min jista’ jgħin, speċjalment lil xi ħadd li għandu drone, biex jingħaqad fit-tfittxija.

Jekk tafu lil xi ħadd li jista’ jgħin, jekk jogħġobkom ikkuntattjaw lil Christa jew għarrfuha fil-kummenti. Kull għajnuna tista’ tkun kruċjali.

Ritratti:

Facebook/Christa Cilia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI