Mument ta’ diqa għall-MP, Miriana Calleja Testaferrata De Noto, hekk kif ħabbret it-telfa tan-nannu tagħha b’messaġġ mill-qalb li juri kemm kienet kbira l-imħabba li kellha lejh.
F’messaġġ emozzjonanti, Miriana qalet, li qalbha tinsab maqsuma u li diġà bdiet tħoss in-nuqqas tiegħu, mhux biss għall-memorji sbieħ li qasmu flimkien, iżda wkoll għall-mumenti li xtaqet li għadhom kellhom jgħixu flimkien.
Għaliha, in-nannu tagħha ma kienx sempliċiment membru tal-familja. Kien l-eroj tagħha, persuna li dejjem ħarset lejha b’ammirazzjoni kbira u li dejjem se tkun kburija li ssejjaħlu “Nannu”.
Fost id-diqa, Miriana sabet ukoll ftit faraġ fil-ħsieb li issa reġa’ ngħaqad ma’ bintha l-waħda u unika – omm Miriana – f’dinja fejn m’hemmx aktar uġigħ u niket.
“Għid lil ommi li nimmissjaha ħafna,” kienet it-talba emozzjonanti tagħha. Aħna wkoll, nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi lill-familja kollha.
Facebook/Miriana Testaferrata de Noto