“Qatt Ma Ħsibna Li Se Naslu S’Hawn” – Kate Jirnexxielha Tagħmel L-Ewwel Passi Tagħha

Id-determinazzjoni u l-perseveranza taċ-ċkejkna Kate fil-ġlieda tagħha kontra kundizzjoni rari li taffetwalha ħajjitha ta’ kuljum, qed ikomplu jħallu l-frott hekk kif matul dawn l-aħħar ġimagħtejn, hi rnexxielha tagħmel l-ewwel passi tagħha.

“Għal ħafna, li timxi hi xi ħaġa li ma tirrikjedi l-ebda ħsieb, iżda għaliha hi xi ħaġa li tinvolvi ħafna sagrifiċċju, prattika u konsistenza,” kitbu l-ġenituri fuq il-paġna soċjali Kate: Writing My Story.

Il-ġenituri ta’ Kate jkomplu jispjegaw li l-passi li qed tagħmel binthom “mhumiex perfetti u huma żgħar,” iżda fissru kemm din għalihom hija kisba kbira, għaliex minħabba l-kundizzjoni rari ta’ binthom, qatt ma bassru li qatt kien se jirnexxielha timxi.

Prosit tassew u kuraġġ, Kate!







Ritratti:

Facebook / Kate: Writing My Story

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI