Kien proprju bħal-lum tlett snin ilu meta l-komunità Beltija u eluf oħrajn ta' Maltin tħallew imnikkta wara li ħarġet l-aħbar li fl-età ta' 92 sena, ħalla din id-dinja Pawlu Curmi, jew kif bosta kienu jsibuh, il-Pampalun.
Pawlu kellu mħabba kbira lejn il-jiem tal-Karnival u fil-fatt matul ħajtu dejjem wera dedikazzjoni u passjoni liema bħalhom sabiex sena wara l-oħra ra ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival f'belt twelidu dejjem ikunu ikbar u isbaħ. Tant kemm kienu għal qalbu dawn il-ġranet, hu kien sar magħruf ukoll bħala r-Re tal-Karnival Malti.
Fost il-Beltin, Pawlu baqa' mfakkar għall-karattru ferrieħi u simpatiku, iżda fuq kollox, umli tiegħu fejn dejjem kien ikun lest sabiex jgħin u jferraħ lil dawk il-persuni li l-ħajja tatu l-opportunità jiltaqa' magħhom.
Jumejn wara li ħarġet l-aħbar li l-Pampalun kien ħalla din id-dinja, l-iskultur u preżentatur lokali Indrì Attard kien fil-pront beda jaħdem fuq bust sabiex jonora l-memorja ta' dan il-ġentlom.
Strieħ fis-sliem, Pawlu.
Facebook / Paul Curmi & Christopher Caruana Carnival Dance Company, Cristian Sapiano