Dr Ugo Mifsud Bonnici Jagħlaq 94 Sena – Il-Kunvent Santa Tereża Bormla

Il-Kunvent Santa Tereża ta’ Bormla wasslet l-awguri tagħha f’għeluq snin il-Bormliż u l-President Emeritus tar-Repubblika ta’ Malta, Dr Ugo Mifsud Bonnici, li llum, 8 ta’ Novembru, jagħlaq 94 sena.

Imwieled Bormla fit-8 ta’ Novembru 1932, Dr Mifsud Bonnici huwa personaġġ li ddedika parti kbira minn ħajtu għall-edukazzjoni, il-politika u s-servizz lejn pajjiżna. Wara li studja l-Liċeo u l-Università Rjali ta’ Malta, iggradwa fil-Baċellerat tal-Arti fl-1952 u bħala Duttur fil-Liġi fl-1955. Aktar tard, fl-1966, beda l-karriera politika tiegħu mal-Partit Nazzjonalista, fejn ġie elett bħala Membru Parlamentari u baqa’ jiġi elett fl-elezzjonijiet sussegwenti.

Matul is-snin serva wkoll bħala Ministru tal-Edukazzjoni, fejn ħadem fuq diversi oqsma importanti, fosthom l-edukazzjoni, l-ambjent, il-kultura u ż-żgħażagħ. Fl-1994 laħaq President tar-Repubblika ta’ Malta, kariga li wettaq sal-1999.

Lil hinn mill-karigi pubbliċi, Dr Mifsud Bonnici huwa magħruf ukoll għall-imħabba tiegħu lejn il-kitba u l-letteratura, b’diversi artikli u pubblikazzjonijiet li jixhdu din il-passjoni.

Illum, f’dan il-jum speċjali, Bormla għandha għalfejn tifraħ lil wieħed minn uliedha li ta kontribut importanti lill-pajjiż.

It-Tim ta' Gwida.mt jawgura mill-qalb lil Dr Ugo Mifsud Bonnici! Jalla jkollu aktar snin ta’ saħħa, hena u serenità.

Ritratt:

Facebook/Kunvent Santa Tereża Bormla

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI