Delegazzjoni Maltija Milqugħa Minn Joan Laporta Fil-Kamp Nou

Delegazzjoni Maltija għexet mument tassew memorabbli f’Barċellona, wara li kellha l-opportunità li żżur il-Camp Nou u tkun milqugħa uffiċjalment mill-President ta’ FC Barcelona, Joan Laporta, fl-okkażjoni tal-partita bejn FC Barcelona u Aston Villa.

Id-delegazzjoni kienet immexxija minn Thomas Mahoney, Fundatur u President tal-Penya Barcelonista de Malta u Rappreżentant Uffiċjali ta’ FC Barcelona f’Malta sa mill-2007. Magħha kien hemm ukoll l-Ambaxxatur Malti għall-Ispanja, H.E. Simon Pullicino, John Borg, wieħed mill-membri fundaturi tal-European Football Clubs (EFC) tal-UEFA u rappreżentant ta’ Birkirkara FC, kif ukoll Marisa Grima Mallia, responsabbli mir-relazzjonijiet pubbliċi u l-fotografija tad-delegazzjoni.

Il-Maltin kellhom ukoll żjara estensiva fl-istadium u fil-faċilitajiet tiegħu, f’esperjenza deskritta bħala waħda mill-aktar speċjali fl-aħħar snin. Għal Mahoney, iż-żjara kienet saħansitra aktar unika minħabba l-esperjenza fil-‘Palco Presidencial’, ċentru ġdid ta’ ospitalità ta’ ħames stilel, filwaqt li l-partita attendieha wkoll il-Prinċep William ma’ ibnu.

Fl-aħħar mill-aħħar, dan il-jum kompla jsaħħaħ ir-rabtiet bejn Malta u d-dinja tal-futbol Spanjol.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI