Illum qed tiċċelebra għeluq sninha Claudia Faniello u ma setax jonqos li ħuha l-kbir Fabrizio jħallilha messaġġ f’dan il-jum għażiż għaliha. Fabrizio huwa l-kbir mill-aħwa Faniello u ma setax jonqos li meta twieldet Claudia kien tassew ferħan.
Hu kiteb, “Bħal-lum 33 sena ilu kont l-iktar tifel kuntent fid-dinja, b’ħerqa kbira kont qed nistenna lilek bħala oħti titwieled, kien mument li ma ninsa qatt għadni niftakarni li b’eċitament kbir il-papa u jiena ġejna l-isptar nistennew fuq ix-xwiek sakemm jgħidulna li l-mamà kienet kollox sew u li twelidt inti għadni… niftakar kemm fraħt xħin rajtek l-ewwel darba kienet xena li sa llum għadni naraha daqs li kieku kien il-bieraħ.”
Hu jkompli jgħidilha, “Għażiża tiegħi nixtieqlek dak kollu li tixtieq qalbek mhux f’dan il-jum biss imma matul is-sena kollha. 33 sena ta’ mħabba sinċiera, fittaġni sfrenat u għalkemm kbirt xorta nibqa’ protett lejk. Inħobbok immensament. Mingħand ħuk il-kbir.”
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Claudia l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali u nittamaw li jkollha dak kollu li tixtieq qalbha, issa u fil-futur. Awguri Claudia.