“Nistgħu Biss Ngħidu Li Ħajjithom Ma Kinitx Tkun Mill-Aqwa Li Kieku Baqgħu Fejn Kienu” – L-AAA Dwar Erba’ Ġriewi Ġodda

L-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati kitbet dwar erba’ ġriewi li waslu fis-santwarju tagħhom riċentament.

Huma kitbu, “Waslu għandna dawn il-ġriewi ġodda sbieħ. Waslu b’riħa t’awrina tal-bnedmin u nistgħu biss ngħidu li ħajjithom ma kinitx tkun mill-aqwa li kieku baqgħu fejn kienu. Għall-grazzja t’Alla, jinstabu siguri għandna issa. Nirringrazzjaw lil kull min għen biex insalvawhom, minn dawk li kien jimpurtahom biżżejjed biex iċemplulna għal dawk li pprovdew xelter u kull tip ta’ għajnuna.”


Żiedu jispjegaw li għalissa ma jistgħux jiġu addottati għaliex għadhom qed jiżguraw li jkunu nodfa u b’saħħithom, iżda se jagħtu aġġornament fuq il-paġna tagħhom meta jkunu lesti biex jiġu addottati. Nirringrazzjaw lill-AAA talli qed joffrulhom it-tieni ċans għal ħajja aħjar u nittamaw li ma ndumux ma naraw lil dawn il-ġriewi gustużi b’saħħithom u ferħanin, kif tassew jixirqilhom.

Ritratt:

Facebook / Association for Abandoned Animals

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI