Illum is-sewwieq Malti li tant seraq qlub, Diaz, kellu l-ewwel wirja tiegħu ġewwa Sqallija flimkien ma' missieru Elton Calleja. Elton qasam magħna messaġġ mingħand Diaz.
"Messaġġ lit-tfal kollha Li għandhom ħolma... Qatt tħallu lil ħadd iwaqqafkom. Tħallu lil ħadd jgħidilkom Li ma tistgħux! Tħallu lil ħadd iġagħalkom tħossukom Li m’intomx kapaċi! U fuq kollox... Qatt tħallu lil ħadd jisirqilkom il-ħolma tagħkom!"
Il-messaġġ jkompli, "Ma jimpurtax kemm intom żgħar, minn fejn ġejjin, kemm issibu bibien magħluqa jew kemm ikun hemm nies Li ma jemmnux fikom. Il-ħolma tagħkom hi tagħkom... U ħadd m’għandu d-dritt iwaqqafkom milli tippruvaw tagħmluha realtà!"
Prosit u Awguri Diaz!