Il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, kitbet post b’tifkira tal-assassinju orribbli tal-ġurnalist Slovakk u l-għarusa tiegħu.
“Tmien snin ilu llum, l-Ewropa nħasdet bil-qtil tal-ġurnalist żagħżugħ Ján Kuciak u l-għarusa tiegħu Martina Kušnírová fis-Slovakkja,” hi kitbet. “Il-qtil tagħhom seħħ ftit xhur biss wara l-assassinju tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia f’Malta, imfakkra din il-ġimgħa hekk kif immarkajna 100 xahar minn meta nqatlet.”
“Il-kuraġġ tagħhom jibqa’ raġġ ta’ dawl għall-ġurnalisti madwar il-kontinent li jirriskjaw kollox biex jiskopru l-verità u jissalvagwardjaw id-demokraziji tagħna. Leħinhom ma ġiex imsikket, u l-wirt tagħhom jibqa’ sod.”
Facebook / Roberta Metsola