Ħolma ta’ bosta abbatini minn madwar id-dinja hija li jservu bħala abbatini fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, u ftit huma dawk li jirnexxielhom jgħixuha. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Parroċċa San Nikola Siġġiewi ħabbru li żewġ abbatini mill-Parroċċa tagħhom qed jagħmlu dan bħalissa.
Huma qalu, “Bħalissa żewġ abbatini mill-parroċċa tagħna, Elias Schembri u Jacob Busuttil, qed jagħtu servizz fil-Bażilika ta' San Pietru fil-Vatikan. Nifirħulhom u nżommuhom fit-talb tagħna.”
Nittamaw li tkun esperjenza sabiħa!