“L-Umiltà Hi Waħda Mill-Aqwa Kwalitajiet Tiegħek… Inħobbuk B’Imħabba Kbira” – Rachel Vella B’Messaġġ Mill-Isbaħ Lil Binha Nicholas F’Għeluq It-18-il Sena

Rachel Vella

Il-preżentatriċi Rachel Vella kitbet messaġġ mill-isbaħ f'għeluq it-18-il sena ta’ binha Nicholas. Kliem mimli mħabba, kburija u gratitudni.

Hi fakkret il-jum meta twieled, u qalet li hu kien wieħed mill-isbaħ rigali li Alla ta lilha u lill-familja tagħha. Rachel irrakkontat kif Nicholas kiber minn tifel mimli enerġija għal żagħżugħ umli, ġentili u mimli kompassjoni, kwalitajiet li, skont hi, dejjem spikkaw fil-karattru tiegħu.

Fil-messaġġ tagħha, Rachel żvelat li Nicholas ilu sa minn ċkunitu joħlom li jiddedika ħajtu biex jgħin lill-oħrajn permezz tal-qasam mediku.

"It-triq li għażilt se tkun twila, impenjattiva u, kultant, mimlija sfidi. Se jkun hemm mumenti ta’ dubju, diżappunt u intoppi, iżda qatt tħallihom jiddefinixxuk jew itellfuk mill-iskop li Alla poġġa f’qalbek. Affaċċja kull sfida bil-fidi, bil-kuraġġ u bil-perseveranza, għax taf li kull waħda minnhom issawrek f’raġel saħansitra aktar b’saħħtu, għaqli u mimli kompassjoni."

Fl-għeluq tal-messaġġ, Rachel semmiet ukoll żewġ nanniet ta’ Nicholas, u tikteb kemm li kieku għadhom ħajjin kienu jkunu kburin immens bih u bil-kisbiet tiegħu.

Enfasizzat kemm hi u żewġha jħossuhom imbierka li huma ġenituri ta’ Nicholas u ta’ ħuh, filwaqt li ħeġġitu biex qatt ma jħalli lil ħadd inaqqaslu l-fiduċja fih innifsu.

"

Ritratti:

Facebook/ Rachel Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI