Daisy, Kelba Ħelwa Immens Qed Tfittex Id-Dar Dejjiema Tagħha

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-attivista għad-drittijiet tal-annimali Christa Cilia laqqgħet lis-segwaċi ma’ Daisy, kelba li qed tfittex id-dar dejjiema tagħha.

Hi qalet “Daisy hija kelba mħallta bejn ir-razzez Rottweiler u German Shepherd u qed tfittex id-dar dejjiema tagħha. Friendly, tħobb tmur man-nies u sejra sew hekk kif qed tiġi ffosterjata. Dawk li ffosterjawha qattgħu ħafna ħin jissoċjalizzawha, jintroduċuha ma’ klieb oħra, u jeħduha d-daycare tal-klieb biex tibni aktar kunfidenza u manjieri tajbin.”

Żiedet, “Issa, Daisy tinsab lesta għall-kapitlu li jmiss f’ħajjitha - familja li għandha l-ħin tibqa’ ttiha l-imħabba, l-attenzjoni, u l-ħbiberija li jixirqulha. Tagħmel kumpanija tajba għall-familja attiva li jkunu jistgħu jinkluduha fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum u jibqgħu jgħinuha tikber fil-kelba li qed issir. Jekk taħseb li Daisy jaf tkun perfetta għall-familja tiegħek, ibgħatli messaġġ għall-aħktar informazzjoni.”

Ixxerjaw dan l-artiklu forsi ngħinu nsibulha dar!

Ritratti:

Christa Cilia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI