Ħolma ta’ bosta abbatini hija li jkollhom l-opportunità jesperjenzaw mill-viċin il-Quddiesa ċċelebrata fil-Bażilika ta’ San Pietru ġewwa Ruma. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Kolleġġjata Bażilika Sant'Elena Birkirkara - Ħbieb tat-Tempju Elenjan tkellmu dwar żewġ abbatini mill-parroċċa tagħhom li qed jagħmlu dan bħalissa.
Huma qalu, “Bħalissa żewġ abbatini mill-Parroċċa tagħna qed jagħmlu l-esperjenza ta’ abbatini fil-Bażilika ta’ San Pietru. Andrés Frendo qed itemm l-esperjenza ma’ Grupp 1, u Isaac Agius qed jibda l-esperjenza mat-tieni grupp li huwa akkumpanjat minn Fr Ryan. Nitolbu għall-abbatini tagħna u nħeġġu ħafna iżjed tfal jissieħbu mal-Għaqda tal-Abbatini tal-Parroċċa tagħna.”
Awguri!