David Li Għandu 12-Il Sena Jingħata R-Rekord Tal-Iżgħar Adoloxxenti Maskili Bl-Itwal Xagħar

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records tkellmu dwar rekord nazzjonali ġdid hekk kif David ta’ 12-il sena u 81 jum ingħata r-rekord tal-iżgħar adoloxxenti maskili bl-itwal xagħar.

Huma qalu, “The Malta Records ftit tal-ġranet ilu ġejna mistiedna f'post pubbliku sabiex nippreżentaw rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin.  L-iżgħar adoloxxenti maskili bl-itwal xagħar, b'tul ta' metru u 5 ċentimetri (1.05m).”

Żiedu jgħidu, “Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf minn Davi fl-età ta' 12-il sena u 81 jum. Filwaqt li nifirħu lil Davi għal dan l-unur nazzjonali, tajjeb li ngħidu li s'issa għandna 3 rekords differenti fejn għandu x'jaqsam ix-xagħar. Dawn huma l-itwal xagħar ta' tifla, l-itwal xagħar ta' tifel u l-itwal xagħar ta' adoloxxenti maskili.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI