Ilbieraħ, il-kantant u preżentatur Malti Malcolm Pisani ċċelebra għeluq sninu, u rċieva bosta messaġġi ta’ awguri mingħand familjari, ħbieb, kollegi u segwaċi fuq il-midja soċjali. Hu għalaq 37 sena!
"Verament inħossni grat li l-Bambin tani sena oħra mill-isbaħ," kiteb Malcolm, filwaqt li ddeskriva s-sena li għaddiet bħala waħda mimlija memorji sbieħ, kemm fil-ħajja personali tiegħu, mal-familja, mal-ħbieb u fl-imħabba, kif ukoll fil-karriera mużikali u televiżiva tiegħu. Huwa rrifletta wkoll dwar il-valur tal-ħajja, u qal li "fil-ħajja aħna biss mislufin", filwaqt li ħeġġeġ biex kull mument, kull esperjenza u kull kisba jkunu raġuni biex nirringrazzjaw lil Alla u ngħixu kuljum b'pożittività u mħabba lejn xulxin.
Fl-aħħar tal-messaġġ tiegħu, Malcolm irringrazzja lis-segwaċi tiegħu tal-imħabba u s-sapport li dejjem wrewlu tul il-vjaġġ mużikali u televiżiv tiegħu. Bħalissa, Malcolm qed ikompli jgawdi suċċess ukoll fuq l-istazzjon NET, fejn it-telespettaturi jistgħu jsegwu l-ħidma tiegħu bħala preżentatur permezz tal-programm Sajf fuq Net.
Minn naħa ta' Gwida.mt, ningħaqdu mal-awguri lil Malcolm Pisani u nawgurawlu aktar saħħa, kuntentizza u suċċess fis-snin li ġejjin.
Facebook / Malcolm Pisani