Kif kulħadd jaf, fi tmiem il-ġimgħa bosta jiddeċiedu li jaqsmu permezz tal vapur, min għax bilfors minħabba skola u xogħol u min biex jieħu vaganza. Bħalissa, s-sitwazzjoni tat-traffiku l-Għadira għall-vapur hija waħda ħażina mmens hekk kif it-traffiku miexi bil-mod.
Il-paġna Maltese Roads Traffic Updates taw l-aħħar aġġornament f’dan ir-rigward fejn qasmu wkoll ritratt tal-istess traffiku li jidher kompletament iġġamjat. Huma bdew billi qalu, “Ċirkewwa, sitwazzjoni simili għal dik tal-bieraħ. It-traffiku lejn Għawdex qiegħed l-Għadira b’rittmu ta’ bebbuxu.”
Facebook/ Maltese Roads Traffic Updates