BI-Filmat: Żjara Mhux Mistennija ‘L Barra Minn Filfla!

Dalgħodu, Bertu Pace kien qed isalpa d-dgħajsa tiegħu ‘l barra minn Filfla. Fl-ilmijiet blu u ċari, Bertu innota kreatura kbira li kienet qed tersaq viċin.

Fil-fatt kien kelb il-baħar li deher kurjuż ħafna u baqa’ jgħum ‘il bogħod u lura lejn Bertu li kien qed jieħu filmat ta’ dan il-mument uniku.

“Ġie biex jgħid bonġu”, kiteb Bertu b’mod komiku.

Anki jekk il-klieb il-baħar huma murija bħala mostri perikolużi u għandna noqogħdu attenti minnhom, irridu niftakru li mhumiex l-għedewwa tagħna. It-tnaqqis drastiku tal-popolazzjoni tagħhom fil-Mediterran minħabba l-overfishing u l-qtil għas-soppa tal-klieb il-baħar, qed tikkawża ħafna ħsara lill-ekosistema u qed taffettwa is-saħħa tagħna.





Facebook/Bradley Pace



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI