Il-personalità lokali Ivan Gaffiero esprima l-gratitudni tiegħu wara li lbieraħ ingħata rikonoxximent mill-Kunsill Lokali tal-Gżira għall-ħidma tiegħu b’risq il-komunità tal-Gżira.
“Kburi li jien Gżirjan,” saħaq Gaffiero li rrimarka kif f’dan ir-raħal għadda minn uħud mill-iżjed mumenti importanti f’ħajtu fosthom isemmi hu meta għamel il-praċett u l-griżma.
Ivan irringrazzja b’mod partikolari lil dawk kollha li nnominawh sabiex b’hekk ingħata dan l-unur. Bosta kienu dawk li awgurawlu!
Prosit, Ivan!
Ritratti: Facebook / Ivan Gaffiero