Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Puttinu Cares għal darb’oħra xerrdu messaġġ bħala turija ta’ apprezzament lejn Antoine Magri, li kontinwament jappoġġja lil din il-komunità li qed tagħmel ħafna ġid, u ta’ spiss jipprepara ikliet għall-pazjenti u l-familjari.
“Antoine Magri bi tbissima u bi mħabba dejjem jara kif iferraħ lil familji u pazjenti ċkejknin ġewwa Rainbow ward. Napprezzaw l-ikel bnin tiegħek u li għalkemm tlift lil ibnek Juan ġo din il-ward xorta tibqa’ grat u lest li tgħin lil ħaddiehor. Grazzi mhux biżżejjed.”
Facebook/ Puttinu Cares