“Ħbieb… Frenċ Tal-Għarb Qed Isejħilna Biex Nerġgħu Niltaqgħu Ġewwa Daru F"Dak Li Sqaq Fl-Għarb” – Laurie Apap

Laurie Apap fuq il-mezzi soċjali tiegħu għamel appell mill-qalb fejn kiteb, “Ħbieb Frenċ tal-Għarb qed isejħilna biex nerġgħu niltaqgħu ġewwa daru f’dak li sqaq fl-Għarb biex ilkoll flimkien nirreċitaw it-talba tar-Rużarju. Data: 15 t’Awwissu (Santa Marija). Ħin: 17:00. Inħeġġukom tattendu u tħajru oħrajn jiġu magħkom.”

Min forsi qatt ma sema’ bi Frenċ tal-Għarb jew nesa min hu eżatt infakkrukom bi ftit dettalji. Frenċ tal-Għarb, kien jismu Frans Grima, kien raġel devot u magħruf għall-għerf spiritwali tiegħu fil-villaġġ żgħir tal-Għarb f’Għawdex. Għalkemm ma kellux taħriġ formali bħala tabib jew qassis, ħafna nies kienu jmorru għandu jfittxu parir, kura jew talb.

Frenċ kien magħruf għall-umiltà tiegħu u għal-fidi soda li kellu f’Alla u f’Santa Marija. Il-memorja tiegħu għadha ħajja sal-lum fost dawk li jiftakruh bħala raġel ta’ qalb kbira u għajnuna spiritwali. Ħafna għadhom jitolbu lilu meta jkunu jixtiequ xi grazzja jew oħra, biex jidħol għalihom jew għal maħbubin tagħhom meta jkollhom bżonn.





Facebook / Frenc Tal-Għarb



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI