Bosta segwaċi ta’ Christopher il-kaboċċ u ommu Agnes, qegħdin jibagħtulhom u jħeġġuhom jagħmlu aktar filmati u ċajt li dejjem jispiċċaw iferrħu lil kull min jarahom. Kien hemm min forsi beda jistaqsi jekk hux ser jitfa’ xi filmat ieħor minħabba li forsi naqqas xi ftit.
Christopher wieġeb dwar dan u iva ser jibqa’ jferraħ lin-nies. Bħalissa kellu bżonn waqfa. “Qed nirċievi ħafna messaġġi jgħiduli biex nagħmel iżjed filmati max-xwejħa għax konna nferħukom … Imma l-ħaġa hi li biex tagħmel filmati tajba u tferraħ lin-nies, l-ewwel trid tkun ferħan int stess u dal-ahhar xahrejn ma kontv ferħan… Għalekk ngħidilkom tuni ċans, jasal żmien li nerġgħu ntellgħu l-filmati w li nidħku flimkien tinkwetawx. Inħobbkom kollha”
Din hi xi ħaġa li fil-fatt wieħed irid jifhimha. Minkejja persuna tidher pożittiva u tkun tinqala’ biex tferraħ lin-nies, ma jfissirx li ma jkollhiex dwejjaq xi drabi. Aħna lkoll umani wara kollox. Minn hawn aħna nagħmlu kuraġġ lil Kaboċċ u nixtiequlu kuntentizza għax tassew ħaqqu! In-nies iħobbuk ukoll kaboċċ!
Minkejja li forsi naqqas il-filmati biċ-ċajt, Kaboċċ kien parti minn filmat li jfisser ħafna u tajjeb ittuh titwila u xxerduh!