“Biex Tissejjaħ Mewġa Ta’ Sħana – Jew ‘Heatwave’ – Iridu Jintlaħqu Ċerti Kriterji.” – Mid-Djarju Tat-Timba

Jidher li għandna nistennew mewġa ta’ sħana. Mewġa li għandha ddum xi ftit fuq il-gżejjer tagħna. Għal min iħobb is-sajf u l-baħar, din aħbar pożittiva, iżda għall-oħrajn din mhix xi aħbar li se jieħdu gost biha. Iżda żmienha hux!

Il-paġna tibda billi tgħid, “Milli jidher, hawn ħafna diskors fil-vojt! Biex tissejjaħ mewġa ta’ sħana – jew ‘heatwave’ – iridu jintlaħqu ċerti kriterji. Mhux kull darba li tħoss is-sħana għal ġurnata jew tnejn tfisser li għandna heatwave.”





Huma jispjegaw, “Heatwave tissejjaħ meta t-temperatura togħla sew ‘il fuq min-norma, skont il-livell ta’ umdità fl-arja (jew nuqqas tagħha), il-pressjoni tal-arja, u l-ħin li ddum din is-sħana għolja. It-temperatura trid tibqa’ għolja – ta’ mill-inqas 37°C – għal diversi jiem.”

Ifakkru lil kulħadd f’punti importanti, “Ftit pariri importanti:

Mill-Ħadd li ġej, mistennija mewġa ta’ sħana li tista’ tippersisti sal-Erbgħa li ġej. Kunu kawti!

  • Dawk li jaħdmu barra għandhom: jixorbu ilma spiss, jużaw sunblock, jilbsu ħwejjeġ ħfief u f’kuluri ċari.
  • Ibdew issaqqu s-siġar minn issa biex ikollhom ilma biżżejjed fil-ħamrija u jnaqqsu l-effett tax-xemx.
  • Aħsbu biex tpoġġu kontenitur baxx bl-ilma barra għall-annimali u l-għasafar.
  • Evitaw li taħarqu xi ħaġa jew tagħmlu nar f’dan iż-żmien, għax kollox jista’ jinxtered malajr.
  • Żommu f’moħħkom il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li qed jagħmlu xogħol kruċjali.
  • Ħsibu għall-anzjani li jgħixu waħedhom – żguraw li ma jonqsiehom xejn biex ma jkollhomx għalfejn joħorġu fix-xemx.
  • Jekk għandkom qsari, għattuhom jew ċaqilquhom mid-dawl dirett tax-xemx.”
  • Il-paġna tagħlaq tgħid, “Nibżgħu għal xulxin, l-aħwa. Nieħdu ħsieb lil xulxin f’dan iż-żmien ta’ sħana kbira.”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI