Bil-Filmat: 5000 Bozza Għall-Faċċata Ta' Din Id-Dar! Araha Tixgħel!

F’messaġġ privat fuq il-paġna tagħna, irċivejna waħda mill-isbaħ djar armata tal-Milied. Din is-sena jidher li ħafna kienu dawk li qed jaħsbu minn qabel ħalli jidħlu fl-ispirtu tal-MIlied. Massimo Camilleri l-moħħ wara din id-dar fantastika jgħidilna li ilu lesta din id-dar, “4 Sibtijiet nagħmel qisu 4 sigħat kull darba”.



Iżda x-xogħol ta’ din id-dar jibda eżatt xħin jispiċċa l-Milied, “Wara li jgħaddi l-Milied nibda nippjana x’ser nagħmel ġdid u f’Ottubru nibda naħdem fuq oġġett ġdid!” jgħidilna Massimo. Dan il-proġett ilu għaddej bih madwar 4 snin ilu u kull sena jżid xi ħaġa. Din il-faċċata għandha aktar minn 5000bozza LED u tibqa’ mżejna tul ix-xahar ta’ Diċembru, “Biex tferraħ u ddaħħal fl-ispirtu tal-Milied lil dawk kollha li jgħaddu mit-triq” jistqarr Massimo.





Din il-faċċata qiegħda ġewwa Ħal Qormi! Awguri u proset mill-qalb Massimo!

Int x’għamilt, żejjint? 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI