Il-preżentatriċi Moira Delia tellgħet filmat fuq il-midja soċjali minn ġol-karozza tagħha biex tagħmel appell għall-pubbliku. Hi magħrufa kemm dejjem tkun hemm biex tgħin lill-annimali u tagħmel ħilitha biex l-ebda kreatura innoċenti ma titħalla abbandunata mingħajr ħadd jieħu ħsiebha.
Fil-fatt fil-filmat li tellgħet Moira, tidher taqbeż min-naħa għall-oħra u tindiegħes magħha qattusa ħelwa mmens li kif qalet il-preżentatriċi stess, "tħobb il-fsied". Moira tagħmel appell fuq il-midja soċjali li din il-qattusa qed tfittex familja, kenn fejn toqgħod. Titlob lill-pubbliku li jekk hemm min lest jieħu ħsiebha jkun qed isib kumpanija għal din il-qattusa.
Moira tisħaq kemm din il-qattusa tħobb il-kumpanija fil-fatt. Ara daqsxejn kemm bdiet tieħu gost fil-karozza ta' Moira!