Josline Camilleri hi waħda minn dawk il-persuni li jxerrdu spirtu pożittiv u kontinwament jaraw li jimmotivaw lil dak li jkun. Ilbieraħ hekk kif kienet lesta għall-Malta Fashion Week, Josline esprimiet kemm dejjem kienet xewqa tagħha li tattendi għal dan l-avveniment.
“Bħal-lum sena kienet ħolma li nkun il-Malta Fashion Week. Ġifieri min għandu ħolma stinkaw għaliha ħalli ssir realtà. Nibgħatilkom ħafna mħabba.”
Fil-filmat li tellgħet nistgħu naraw id-dehra mill-isbaħ tagħha, eleganti bħal dejjem. Prosit Josline u nixtiqulek ħafna aktar ħolm li jitwettaq!
View this post on Instagram
Facebook/ Josline Camilleri