Bil-Filmat: "Biex Ġejna Aċċettati Ħa Naddottaw Lil Daniel Għaddejna Minn Skrutinju Kbir…" – Il-Koppja Noel U Christopher Vella Galea

Il-koppja Maltija Noel u Christopher Vella Galea kemm-il darba jaqsmu ħsibijiet u memorji mill-esperjenza tagħhom biex adottaw lil binhom Daniel, it-tifel ta’ 8 snin li sab ix-xorti li jkollu min jieħu ħsiebu grazzi għalihom!

Din id-darba Christopher u Daniel xtaqu jaqsmu ħsibijiet dwar din il-grazzja li sabu f’ħajjithom mal-paġna MyMama fejn tkellmu dwar il-proċeduri kollha li għaddew minnhom biex adottaw lil Daniel. Noel u Chrisopher isemmu li f’dan il-pass, bħal ħafna koppji oħra li għamlu din id-deċiżjoni li jadottaw, sabu sapport li kellhom bżonn. Christopher jitkellem dwar kif malajr ħassu komdu u milqugħ magħhom għalkemm fil-bidu jkun hemm bosta sfidi.





Mhuwiex proċess faċli la għal Daniel u lanqas għalihom u Noel jammetti li kien hemm mumenti iebsin sakemm ġabu l-permess uffiċjali. “Biex ġejna aċċettati ħa nadottaw lil Daniel għaddejna minn skrutinju kbir kif ukoll l-istorja tagħna li kellha tiġi tradotta mill-Portugiż għall-Malti, ġiet reveduti minn nies professjonali”.

Noel u Christopher jgħidu li jħosshom ixxurtjati li għandhom lil Daniel  f’ħajjithom. Ara l-intervista sħiħa hawn taħt.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI