Bil-Filmat: “Biex Tkun Ferħan U Biex Tkun Utli Fil-Ħajja, M’Għandekx Għalfejn Tkun CEO Jew Ministru” – Mark Laurence Zammit

Fuq il-programm televiżiv L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa, ppreżentat minn Mark Laurence Zammit, hu żvela l-opinjoni tiegħu dwar il-pressa li qed ikun hawn fuq in-nisa u t-tfal biex jiksbu karriera u jikbru fil-poter tagħhom.

“L-iskola jgħidulhom li biex tkun ferħan fil-ħajja jrid ikollok karriera u ħafna flus… U lit-tfajliet jgħidulhom li jekk tibqa’ d-dar ma tistax tkun daqshekk ferħana,” beda hu.

Iżda Mark żvela l-verità: “Min qiegħed fuq nett, jaħdem il-ħin kollu, jbati ħafna. Min qiegħed fuq nett għandu responsabbilità li l-ebda bniedem uman mhu ddisinjat li jkollu, u min qiegħed fuq nett ma jafx x’inhi l-ħajja.”

“Jien naħseb li hemm nisa li jifhmu qabel l-irġiel li ċertu xogħolijiet mhumiex worth it. U għalhekk nistaqsi, jista’ jkun li ħafna nisa ma jridux jidħlu fil-politika għax ma jridux jagħmlu dax-xogħol? U jekk hu hekk, naħseb li huma għandhom raġun.”





“Biex tkun ferħan u biex tkun utli fil-ħajja, m’għandekx għalfejn tkun CEO jew Ministru,” spiċċa hu. X’jidhirlek dwar din l-opinjoni? Iktbilna fil-kummenti.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI