Bil-Filmat: “'Bjorn, Miegħek Jien, Sal-Aħħar.' Hekk Qalli Robert; Resident B’ALS, Kliem Li Mess Qalb Kulħadd" – Bjorn Formosa

Bjorn Formosa u t-tim kollu ta’ ALS Malta organizza serata emozzjonali fejn wera “gratitudni, rispett u mħabba vera” lil tant persuni li kienu hemm għal ALS.

Bjorn u t-tim tiegħu taw ġkieket tal-ALS Malta+ lil kull min kien tant ġeneruż b’xi mod jew ieħor u appoġġahom biex ikomplu bil-missjoni prezzjuża tagħhom.  Qasam filmat li juri mumenti emozzjonanti minn din is-serata fejn anke ngħataw il-ġkieket tal-ALS fost l-oħrajn lil Peppi Azzopardi, Rachel Vella u wieħed mir-residenti tal-ALS, Robert.

“’Bjorn, Miegħek jien, sal-aħħar.’ Hekk qalli Robert; resident b’ALS,  kliem li mess qalb kulħadd waqt iċ-ċerimonja tal-Jacket Handover,” kiteb Bjorn waqt esprima l-gratitudni tiegħu lejn kull min kien parti minn dan il-vjaġġ.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI