Wara l-mewta traġika ta’ Jan Pace, kanzunetta li kien irrekordja mad-DJ u produttur lokali Carlo Gerada, reġgħet tfaċċat online. Qanqlet ħafna emozzjonijiet u nostalġija fost il-ħbieb.
Oriġinarjament rilaxxata aktar minn għaxar snin ilu, il-kanzunetta sabet tifsira ġdida hekk kif ħafna jduru lejn il-mużika biex ifakkru lil Jan.
Ħafna reġgħu fakkru l-vuċi sabiħa tiegħu u l-messaġġ li wassal b’din il-kanzunetta, fosthom Valentina Rossi. Tfaħħar il-vuċi ħelwa li kellu Jan u l-qalb tajba tiegħu.
Xerrdu l-kanzunetta mill-ġdid bħala ċelebrazzjoni tat-talent ta’ Jan kif ukoll bħala tifkira tiegħu. Ħafna qed isibu faraġ f’leħnu u fil-kliem li jkanta.
Insellmulek Jan. Għal dejjem f’qalbna.
Facebook/ Jan Pace