Bryan Corlett huwa l-ixjeħ student li gradwa din is-sena mill-Università ta’ Malta. Bryan huwa oriġinarjament minn New Zealand, u ilu jgħix Malta minn Diċembru tal-1982. Miżżewweġ Maltija u għandu erbat itfal.
“Li dħalt nistudja ma’ studenti iżgħar… iva hemm qabża fl-età. Għadni niftakar l-ewwel ġurnata fil-klassi, u l-professuri daħlu u jien kont qomt bilwieqfa… 50 sena ilu kont tagħmilha, imma m’għadhiex issir. Kien hemm uħud mill-istudenti iżgħar minni, li bdew jieħdu ħsiebi… uħud minnhom qaluli, ‘Nistħajlek in-nannu tiegħi.’ Għaldaqstant saru aktar viċin tiegħi, naħseb minħabba f’hekk”
Hu jirringrazzja lill-professuri u jgħid kemm hu grat lejn il-familja tiegħu li dejjem issapportjatu mill-bidu nett u inkoraġġietu biex ikompli dan il-vjaġġ sal-aħħar.
Awguri Bryan!