Waqt Illum ma’ Steph tkellmu l-koppja Manuel u Steve Aquilina, li llum il-ġurnata huma l-ġenituri ta’ Santiago. Manuel u Steve jagħtu ħafna mħabba għal binhom, u jħossu li hu wkoll għandu ħafna mħabba fih x’jagħti.
Jibdew jitkellmu dwar il-ħsieb u x-xewqa li jadottaw, li maż-żmien kienet xi ħaġa li riedu t-tnejn li huma. Steve jgħid, “Qabel Covid, il-ħsieb dejjem kien hemm. Dejjem xtaqt li jkolli familja, apparti jkolli l-partner, ir-raġel tiegħi, li jkolli t-tfal… konna wasalna sa ħsieb biss.”
Manuel isemmi kif meta Steve semma għall-ewwel darba, ma kienx mija fil-mija ċert li lest li jkollu t-tfal f’ħajtu. “Wara Covid iddeċidejna t-tnejn li aħna mill-ewwel, ejja nadottaw.”
Segwu aktar dwar dan l-irwol prezzjuż tagħhom, kif ukoll dwar x’kellu xi jgħid iċ-ċkejken Santiago hekk kif ingħaqad magħhom fil-programm.
Ixxerja
Miktub Minn
Kyle Zarb
Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu.