Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola wasslet messaġġ b’saħħtu fuq il-midja soċjali fejn issemmi l-importanza tal-Ewropa tal-futur. Ewropa li tkompli ssostni ruħha.
Issemmi li b’determinazzjoni ser ikollna, “Ewropa fejn inkunu kburin bil-valuri tagħna, u l-gwida li jipprovdu.”
Issemmi fost il-valuri importanti għall-Ewropa tagħna, waħda minnhom li naħdmu flimkien għall-ġid tagħna stess.
Hemm bżonn tkompli l-ħidma biex kemm iż-żgħażagħ kif ukoll l-anzjani jirċievu l-appoġġ u l-ħarsien li jistħoqqilhom. Irridu nkomplu nemmnu fiż-żgħażagħ, li huma l-mexxejja u l-ambaxxaturi t’għada. Apparti minn hekk irridu nkunu hemm għal dawk il-persuni li għal snin sħaħ kienu hemm għalina.
Metsola ssemmi anke l-apprezzament lejn il-membri tas-salvataġġ fosthom dawk li jiġġieldu man-nirien biex jipproteġu.
Ara aktar fil-filmat hawn taħt: