Filmat li itella’ fuq il-paġna Free Hour Malta qed jiġbed l-attenzjoni ta’ bosta hekk kif fuq tal-linja nqalgħet ġlieda taħraq bejn żewġ nisa li spiċċaw jitgħajru. Mhux magħruf x’kien il-kaġun wara l-argument bejn dawn iż-żewġ nisa, iżda tinstema’ vuċi ta’ raġel li jipprova jikkalmahom biex jieqfu jiġġieldu u jargumentaw.
Fil-filmat t’hawn taħt tajjeb li navżawkom li jinstema’ xi kliem mhux xieraq. Hi tassew ħasra li fuq vjaġġ bħal dan tinqala’s kwistjoni bħal din. Dan għaliex ipoġġi lill-passiġieri l-oħra f’pożizzjoni tassew skomda u jispiċċaw bla ma jridu parti mill-ġlieda huma wkoll. Ġieli spiċċajt segwaċi ta’ xi ġlieda bħal din? Għidulna l-esperjenza tagħkom.
Facebook / Tallinja