Bil-Filmat: Ħamiema Maltija Li Ilha Estinta 11,000 Sena Terġa’ ‘Tieħu L-Ħajja’ – L-Għasfur Preistoriku ‘Columba Melitensis’

Ħamiema Maltija 1

Fl-aħħar jiem ittella’ filmat li juri l-ewwel ħamiema Maltija li ngħatat ‘il-ħajja’ għall-ewwel darba fi 11,000 sena. Infatti hi magħrufa bħala ħamiema Maltija estinta.

B’kollaborazzjoni bejn il-bijologu u espert lokali Arnold Sciberras u SEQER Malti, inħolqot rikostruzzjoni animata bl-AI tal-ħamiema Maltija.

Din l-ispeċi hi għasfur preistoriku, magħruf bħala Columba melitensis, li kien fl-abitat naturali Malti eluf ta’ snin ilu.

Arnold jikteb, “Dan il-proġett mhux biss kisba xjentifika, iżda wkoll pass importanti fil-konservazzjoni.
Billi noħolqu mill-ġdid viżwalment speċi estinti, niksbu għodod qawwija għall-għarfien u l-edukazzjoni. L-immaġini u l-animazzjonijiet ifakkruna x’kellha Malta darba u x’kien sparixxa.”

Araw aktar fil-filmat:







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI