Bil-Filmat: "Il-Bniedem Inqas Qed Ifittex Lilu Nnifsu… Il-Vizzju Dejjem Jikber" – Jitkellem Ġuvni Li Kellu L-Vizzju Tad-Droga

Fuq il-programm ta’ Kevin Mercieca, Distintivi ġie diskuss is-suġġett tad-droga. Fost l-interventi li saru fuq il-programm, Kevin tkellem ma’ ġuvni li kien ibati mill-vizzju tad-droga. Dan il-ġuvni jgħid li d-droga hija wieħed mill-ħafna vizzji li jeżistu fis-soċjetà u l-problema hija li n-nies taf jirrikorru għal dawn it-tip ta’ vizzju biex jaħarbu.

Dan il-ġuvni jitkellem dwar il-bżonn li kull bniedem irid jagħraf jieħu l-kontroll ta’ ħajtu u jsib ħin għalih innifsu, ħin biex jifhem hu min hu. Hu jistqarr li meta wieħed jidħol f’dan il-vizzju, ikun importanti mmens li jfittex l-għajnuna. Illum il-ġurnata hawn diversi forom ta’ għajnuna li wieħed jista’ jirrikorri għaliha. Għajnuna li tkun tassew bżonnjuża u jgħinuk sabiex int terġa’ ssib triqtek.

Hu jistqarr li fiż-żgħożijia, int ħa tkun qed tħares lejk innifsek minn kif jarawk in-nies u forsi dawn l-affarijiet jistgħu jiġu mgħallma aktar fl-iskola. Hu jistqarr li jista’ jsir aktar xogħol fl-iskejjel. Segwu l-intervista hawn taħt!





Facebook / Distintivi



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI