Bil-Filmat: Il-Kantanta Lokali Alison Ellul Tkanta Silta Mal-Għażiża Bintha Fuq Il-Palk Ta' Dar Il-Mediterran

Il-kantanta lokali magħrufa Alison Ellul, li f’dawn l-aħħar snin għażlet li tieħu pawża mill-karriera mużikali tagħha sabiex tikkonċentra fuq in-negozju tal-familja, reġgħet tidher fuq il-palk f’mument mill-isbaħ u mimli emozzjoni. Alison kellha l-opportunità li taqsam il-palk mal-għażiża bintha, waqt spettaklu organizzat minn oħtha Annalise Ellul, fundatriċi u għalliem tal-istudio Annalise Dance Studio.

Dan l-ispettaklu speċjali, li serva bħala wirja tal-ħiliet taż-żfin ta’ diversi studenti tat-taħriġ professjonali fl-iskola, laqqa’ flimkien l-arti tal-mużika u dik taż-żfin f’esperjenza unika. Il-preżenza ta’ Alison fuq il-palk ma’ bintha ma laqtitx biss lill-pubbliku iżda anke ġabet mument personali u sinifikanti għal familtà magħrufa għall-kontribut tagħha fid-dinja artistika lokali.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI