Bil-Filmat: Il-Knisja Ta' San Mark Tibqa' Magħluqa Jidher Li L-Patrijiet Għadhom Kwarantina

Il-Knisja ta’ San Mark ġiet magħluqa minħabba l-imxija tal-Covid-19! Jidher li bħalissa l-qassisin li ssoltu jqaddsu ġo fiha jinsabu lkoll magħluqin fi kwarantina mandatorja. Ovvjament jidher li jew kien hemm xi każ pożittiv jew inkella l-patrijiet ġew f’kuntatt ma’ xi ħadd pożittiv u kellhom isegwu l-kwarantina mandatorja ta’ ħmistax-il ġurnata.

Il-patrijiet Agostinjani fir-Rabat bħalissa jinsabu magħluqa u rtirati. Dawk li jattendu l-knisja ta’ San Mark jawgurawlhom li kollox ikun sew u jittamaw li jerġgħu jibdew jattendu l-knisja fil-jiem li ġejjin meta tgħaddi l-kwarantina għalihom. Min qatt kellu jobsor li anke l-knejjes ħa jirnexxielha tagħlaq din il-pandemija?





Facebook / Malta, News, Photos & People



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI