Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne tkellem wara li ħa l-vaċċin u qal li l-mard dejjem tirbaħlu x-xjenza. Ix-xjenza u x-xjentisti rnexxielhom jagħtuna vaċċin kontra l-Covid-19 f’sena b’ħidma kontinwa.
Hu qal li f’Malta qegħdin nimxu tajjeb u l-programm tat-tilqim miexi b’ritmu tajjeb għalkemm barra minn xtutna jidher li hemm problemi. Hu kompla jgħid li minn għada, se nibdew nagħtu l-vaċċin lill-ispiżjara fil-komunità u ħa tkun qed tinħareġ l-ittra għal stedina lil dawk ta’ aktar minn 80 sena biex imorru jieħdu l-vaċċin.
Hu għamel appell sabiex min jirċievi l-appuntament jafda fix-xjenza u t-tilqima jeħodha u nibqgħu nkunu prudenti u nimxi mal-mezzi ta’ mitigazzjoni. Hu jistqarr li nistgħu nilħqu l-famuża herd immunity grazzi għax-xjena u l-vaċċin tal-Covid.
It-tabib Stephen Spiteri, il-kelliem għas-Saħħa tal-Oppożizzjoni kompla jisħaq fuq dak li qal id-deputat Prim Ministru għax b’hekk nistgħu nżomm l-virus fil-bogħod. Hu qal li l-vaċċin li l-fatt li huma tnejn ħadu l-vaċċin hi, “prova ċara ta’ kemm dan il-vaċċin nemmnu fih.”