Fuq il-profil tagħha My Trio, Raisa Brincat Newell, kitbet dwar il-memorja tal-għażiż missierha li kieku bħal-lum kien jagħlaq sninu.
“Illum kien jaħbat għeluq it-58 sena ta’ missieri. Inħoss in-nuqqas tiegħu ħafna. Kont niċċelebra dan il-jum maġenbu, narah jaqta’ l-kejk u jonfoħ ix-xemgħat. Min kellu jgħidli li l-aħħar kejk ta’ għeluq sninu li xtrajtlu kellu jkun f’dari?”
Raisa tikteb li wara sena u 9 xhur mingħajru, ħajjitha u ħajjet il-familjari kollha ma baqgħetx l-istess. Apparti minn hekk xerrdet filmat tagħha ġewwa l-Għadira, post fejn għandha ħafna memorjia ta’ missierha.
Xerrdet anke l-kanzunetta tant speċjali għaliha li kienet iddedikat għal missierha. Raisa tħarrġet fil-vuċi ma’ Gillian Attard biex tinterpretaha bl-aqwa mod. Il-lirika tal-kanzunetta kitibha Emil Calleja Bayliss u l-mużika ta’ Cyprian Cassar.
Kuraġġ dejjem għażiża.