Ineż tfajla ta' erbatax-il sena. "Ineż il-Perfetta", hekk kienu jsibuha milli jidher din kienet l-aħjar deskrizzjoni li wieħed kellu għaliha. Barra li kienet tfajla sabiħa, Ineż jidher li kienet tfajla popolari mmens insomma hi kienet imżejna bid-doni kollha! Iżda f'nofs il-pandemija tal-Covid, Ineż sparixxiet.
F'din il-produzzjoni tal-Festival Żigużajg ħa niskopri aktar. Dawk kollha fil-komunità ta' Ineż isiru mħallfin, donnu kulħadd jaf kollox fuq Ineż. Imma kulħadd bil-verżjoni tiegħu. Il-kelma perfetta taf hi kelma tqila wisq biex dak li jkun jgħix biha u jġorrha ħajtu kollu. Dak li hu perfett għalija fl-aħħar mill-aħħar mhux perfett għalik u għal ħaddieħor.
Mill-informazzjoni li ksibna jidher li wieħed ħa jkun jista' jara kwistjonijiet ferm reali li wieħed jiltaqa' magħhom fil-ħajja ta' kuljum. Min ħa jkun qed isewgi għandu jistenna lingwaġġ b'saħħtu marbut mas-saħħa mentali u dawk li jiltaqgħu miegħu ż-żgħażagħ.
Wieħed jista' jaqta' l-biljetti għal din il-produzzjoni billi jidħol HAWN. Din il-produzzjoni int tista' ssewgiha mill-kumidità ta' darek stess. Hi produzzjoni li ħa jkollha tliet episodju ta' 30 minuta u bilmod nipprova insiru nafu aktar dwar l-istorja ta' Ineż u dawk ta' madwarha.