Bil-Filmat: "Inħobbok Sal-Qamar U Lura" – Ryan Paul Abela Juri S-Sorpriża Li Tħejjiet Lil Missieru L-Mro Paul Abela

Ryan Paul Abela, it-tifel tal-Mro Paul Abela u l-kantanta Georgina qasam filmat tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta ddoqq is-silta famuża għal għeluq snin persuna lil Mro Paul Abela. Ryan ħalla messaġġ qasir lil missieru f’dan il-jum għażiż, hu sejjaħlu leġġenda u qallu li jħobbu sal-qamar u lura.

Ryan tista’ tgħid bil-mod il-mod qed jimxi fuq il-passi tal-għażiż missieru, li rawwem fih l-imħabba lejn il-mużika. Il-Mro Paul Abela jidher kemxejn emozzjonat, kif irrealizza x’kien qed jiġri u li l-orkestra qed tawguralu bin-noti mill-isbaħ tagħha.

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkompli jirregalana bit-talent mill-isbaħ tiegħu fis-snin li ġejjin.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI