“Bi ftit ħsieb u b’aktar attenzjoni nistgħu inżommu l-imxija taħt kontroll”. Kemm smajnieh dan l-avviż? Qas ngħodduhom! Iżda qatt mhu biżżejjed li tirrepeti!
View this post on Instagram
Din kienet parti mill-filmat tal-avviż li xerrdu d-Dipartiment tal-Informazzjoni fuq il-paġna uffiċjali tagħhom rigward il-prekawzjonijiet li kulħadd għandu jieħdu biex flimkien nirbħu l-pandemija fl-aħħar. Kull ma jissemma fil-filmat kollu hu importanti, speċjalment għal dawk vulnerabbli, li l-aktar għandhom bżonn ikunu protetti mill-imxija.
Ejjew flimkien inkunu responsabbli aktar, għax għad hawn min qed jeħodha kif tiġi l-ħajja u ma jinteressahx minn ħaddieħor!