James Ryder, magħruf ħafna għall-filmati li jitfa’ fuq Tik Tok, kien mistieden fuq il-programm Serataron.
Apparentament waqt il-programm kellu jagħmel telefonata mportanti lil tal-Lost and Found minħabba oħtu li beda jgħid li tilfet żewġ affarijiet. Fosthom beda jsemmi “il-pudur” u “‘iġinita”. Il-persuna li wieġbet it-telefonata ma bdietx tifhem eżatt… fil-filmat ħa tindunaw għaliex.
Segwi l-filmat u ara tifhimx xi ħaġa!