“Xi Wħud Jikkollezzjonaw Il-Bolol. Jien Nikkollezzjona L-Memorji” – Eileen Montesin Taqsam Ritratt Antik Ma’ Bintha Christine Meta Kienet Żgħira.

L-għaqda kbira li hemm bejn Eileen Montesin u t-tifla tagħha Christine mhuwiex xi sigriet. Rajnihom jaħdmu bosta serje televiżivi flimkien, sa minn meta Christine kienet għadha daqxejn ta' tifla żgħira per eżempju Sossy u Undercover.



Eileen iddeċidiet li taqsam ritratt ħelu fuq il-paġna tagħha ta' Facebook fejn naraw lill-omm u bintha rikbin fuq żiemel, fejn skond Montesin, Christine ma kellhiex aktar minn 7 snin.

Hija qalet li fejn forsi ħaddieħor jagħżel li jikkollezzjona affarjiet materjali bħal bolol, hi tagħżel li tikkollezzjona l-memorji, kif propja jisħaq dan ir-ritratt.

Proset Eileen. Dawn verament huma l-memorji li jibqgħu tifkira.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI