10 Pariri Importanti Biex Tevita Food Poisoning Jew Problemi Relatati Mal-Ikel

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Mill-Kċina ta’ Pawlina qasmet mas-segwaċi tagħha ftit pariri biex nevitaw li jkollna xi problemi marbutin mal-ikel jew xi food poisoning, speċjalment hekk kif ninsabu fis-sħana tas-sajf.

Hi qalet, “Is-sħana u l-ikel mhumiex ħbieb! Biex nevitaw li jkollna l-inkwiet u xi food poisoning irridu...

1. Għollu in-numru tal-fridge u tiftaħx u tgħalaq għalxejn

2. Jekk tagħmlu insalata tar-ross ħalluh abjad, kesħuh malajr, żommuh mgħotti fil-fridge, u miegħu ħalltu ingridjenti oħra eżatt qabel isservuh.

3. Ħaxix li jerħi ħafna ilma bħal tadam, ħass, rucola ħalltuhom fl-aħħar qabel isservu ma ross jew għaġin

4. Dressing fl-insalati ħalltuh fl-aħħar ukoll qabel isservu

5. Evitaw dips bil-kremi, ġobon għartab, ħut nej, bajd mimli, bajd mhux imsajjar sew, tiġieġ bid-demm, majjal bid-demm, zalzett mhux imsajjar sew, u prieżet,

6. Oħroġ ftit ikel fuq il-mejda u li ma jittikilx għarmih

7. Għażlu ikel imsajjar sew imma mhux maħruq

8. Żommu jdejkhom u il-post fejn tippreparaw l-ikel nadif

9. Tinsewx li fannijiet, u a/c jdewwbu u jixxuttaw l-ikel malajr



10. Ikel moħmi jżomm iżjed fis-sħana imma sakemm isservuh żommuh kiesah u tgħabbux il-fridge iżjed milli jmissha

Nieħdu gost flimkien fis-sajf, bi ftit attenzjoni ma nimirdux u nitilfu l-gost kollu.

Trabi u anzjani food poison tista toqtolhom!”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI