Bil-Filmat: Jekk Filgħaxija Ikunu Miġġildin X'Jagħmlu Għall-Programm Filgħodu? Ara X'Wieġbu

Ġimgħa wara li skoprejna li Daniel u Ylenia qed joħorġu flimkien, illum fuq il-paġna tal-Bay ħarġu filmat tagħhom jaqraw il-messaġġi li kitbu l-utenti. Ħafna kienu dawk li kkumentaw jgħidu, “issa naraw kemm ser idumu”, oħrajn ikkumentaw li Daniel għandu bżonn jixtri l-pirmli minħabba li Ylenia tgħid ħafna.

Kien hawn li Ylenia qalet “Ħasbu li ma jkolliex 5 minuti fejn noqgħod kwieta”. Qraw ukoll mistoqsija partikolari, “Jekk filgħaxija ikunu miġġildin, x’jagħmlu għall-programm filgħodu”. Daniel jistqarr li din il-ħaġa diġa ġrat u filgħodu qamu miġġildin, marru għall-programm u preżentaw qisu qatt ma kien xejn! Ovvjament ta’ persuni professjonali li huma jafu kif għandhom jagħmlu, mhux hekk sinjura?

Intant minjaf x’ser ikunu qed jixtru għal xulxin f’Jum San Valentinu!

#Dania awguri mill-ġdid. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI