Is-sit Malta Weather qed iwissi li ġimagħtejn oħra pajjiżna jaf jintlaqat mill-ewwel mewġa tas-sħana tas-sena. Dan minkejja li l-istaġun sajfi f’pajjiżna għadu ma bediex.
Ġie spjegat li r-raġuni wara dan hi li antiċiklun li ġej mill-Afrika ta’ Fuq se jkun qed jolqot lil pajjiżna straordinarjament kmieni.
“It-temperatura f’pajjiżna se tilħaq massimu ta’ 20°C filwaqt li f’partijiet tal-Afrika ta’ Fuq mistennija sħana qawwija ta’ 45°C jew iktar,” spjega f’iżjed dettall is-sit Malta Weather.
Facebook / Malta Weather u Malta Info Guide