Il-paġna The People of Malta tkellmet ma’ Charlie, raġel li ħajtu kollha baqa’ b’imħabba kbira lejn is-sengħa tal-laħam, fejn minn ċkunitu kien jgħin lil missieru fil-ħanut.
“Ir-razzett kien ta’ missieri, tgħallimt għax kien hemm wieħed irabbi l-barrin, u kien jikrih lilu. Il-kera tiegħu kienet li jagħtina d-demel għall-għalqa. B’hekk bqajt b’dis-sengħa għomri kollu minn 10 snin sa 68 sena.”
Charlie jinsab lest li jerġa’ jaqbad din is-sengħa xorta waħda kieku kellu jerġa’ jitwieled mill-ġdid. L-hena tiegħu li jgħaddi din is-sena lil ibnu, u lill-ġenerazzjonijiet li jmiss.
Hu għadu sal-lum jgħin lil ibnu hekk kif qed ikompli din is-sengħa warajh. Prosit tassew Charlie! Segwu l-filmat hawn taħt: