“Naqra Minn Kollox Aktarx” – Mistenni Jum Imsaħħab B’Possibbiltà Ta’ Xi Rxiex Ta’ Xita Matul Il-Lejl Skont Il-Paġna Mid-Djarju Tat-Timba

Skont tbassir imtella’ mill-paġna lokali Mid-Djarju Tat-Timba, illum mistennija ġurnata bi sħab għoli u temp pjuttost imsaħħab, filwaqt li aktar tard illejla s-sħab mistenni jsir aktar oħxon.

Fil-messaġġ tagħhom kitbu b’mod umoristiku “Għaddej nifs!” hekk kif spjegaw li t-temp tal-lum se jkun fih, “naqra minn kollox aktarx”, b’kundizzjonijiet li jistgħu jinbidlu matul il-ġurnata u l-lejl.



Huma spjegaw li matul il-lejl mistenni jgħaddi ċint ta’ arja bi sħab tax-xita assoċjat miegħu, u għalhekk hemm ċans żgħir li Malta tintlaqat minn xi rxiex ħafif tax-xita. Dawn il-kundizzjonijiet huma mistennija wara nofsillejl sas-sigħat bikrin ta’ għada filgħodu.



It-temperatura mistennija tilħaq massimu ta’ 21°C, filwaqt li l-inqas temperatura tinżel għal madwar 12°C.

Dwar ir-riħ, Mid-Djarju Tat-Timba spjegaw li dan se jibqa’ qawwi mix-Xlokk-Lvant b’Forza 5, iżda aktar tard wara nofsinhar jew filgħaxija mistenni jserraħ u jitla’ mill-Lvant.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI